Jistgħu Jintramaw Biss Ir-Redentur, Il-Vara L-Kbira U D-Duluri… L-Irxoxt F’Jum L-Għid

L-Arċidjoċesi ta’ Malta ppubblikat direttivi ġodda għall-jiem ta’ qabel u waqt il-Ġimgħa Mqaddsa ta’ din is-sena. Il-miżuri l-ġodda ppubblikati llum jistabbilixxu li fil-knejjes jistgħu jintramaw biss ix-xbihat qaddisa tar-Redentur, tal-Vara l-Kbira (jew Kurċifiss) u tal-Madonna tad-Duluri. L-Irxoxt jista’ jintrama għall-Għid il-Kbir fejn hemm id-drawwa li jsir dan. Filwaqt li dawn ix-xbihat għandhom jinħarġu u jidħlu…