F’konferenza minn Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela tenna li dan huwa mument fejn irridu nkunu aktar agressivi kontra l-varjant.
“Irridu nikkontrollaw id-domanda fuq l-isptar biex inkunu nistgħu nagħtu l-aqwa kura possibbli”
B’effett minn għada sal-11 t’April li ġej, se jingħalqu l-ħwienet li jipprovdu prodotti mhux essenzjali, il-gruppi tal-pubbliku se jinżel minn 6 għal 4. Se jkun sospiż l-użu tal-gyms, jitwaqqfu t-tiġijiet, fost miżuri oħra u min-nhar it-Tnejn se jingħalqu l-istituzzjonijiet edukattivi.
Segwi hawn…
Mal-miżuri kollha li diġa daħħalna, b’effett minn għada, sal-11 ta’ April li ġej:
– Se jingħalqu l-ħwienet u jitwaqqfu s-servizzi meqjusa bħala mhux essenzjali, fosthom il-barbiera, ħwienet tal-ħwejjeġ u ħwienet tas-sbuħija;
– Se jingħalqu r-ristoranti u l-faċilitajiet anċillari tal-lukandi li minn għada jistgħu jibdew joffru biss ikel u xorb permezz tar-room service jew deliveries;
– L-ivvjaġġar lejn Għawdex se jkun limitat biss għal raġunijiet essenzjali u/jew għal min għandu propjeta fil-gżira Għawdxija;
– Il-limitu għal gruppi f’postijiet pubbliċi se jinżel minn 6 għal 4;
– Se jkun sospiż l-isport organizzat kollu;
– Se jingħalqu l-gyms u l-pools;
– Se jingħalqu s-swali taċ-ċinema, t-teatri u l-mużewijiet;
– Se jitwaqqfu t-tiġijiet u l-attivitajiet reliġjużi (funerali jistgħu jsiru skont il-protokoli li hemm fis-seħħ);
– Minn nhar it-Tnejn, se jingħalqu l-istituzzjonijiet edukattivi u l-Gvern se jkompli jaħdem mal-MUT biex, għal ftit jiem li fadal qabel il-vaganzi tal-Għid, il-lezzjonijiet jingħataw online kif qed isir diġa b’mod tajjeb fl-istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji.