L-artista Stephanie Borg hija magħrufa għall-ħiliet kbar tagħha fid-disinn, arti u artistrija f’kull forma b’relazzjoni ma’ temi marbuta ma’ pajjiżna.
Borg ilha tippreżenta xogħol mill-isbaħ u fin lill-pubbliku fuq livell nazzjonali, għal dawn l-aħħar 13-il sena fejn popolari mmens, kienu l-muggijiet bil-bibien, twieqi u gallarijiet Maltin li spiss tarahom l’hinn u l’hawn f’xi uffiċċju, dar jew postijiet pubbliċi.
Iżda, Stephanie Borg ma tieqafx tissorprendi. Din is-sena ħarġet bl-idea tal-‘mini Malta figolli’ li nbiegħu kollha.
Fuq il-midja soċjali, ippreżentat din l-idea li niżlet tajjeb ferm mal-poplu Malti tant li nbiegħu kollha. Tajjeb ngħidu li din hija idea oriġinali tagħha u din is-sena, hija t-tielet sena diġà li qed tagħmel dawn il-figolli artistiċi.
Nisperaw li b’dan l-artiklu ferraħniek Stephanie u ma ħloqnielekx stress li jċċemplulek iżjed issa, jitolbuk tieħu paċenzja u tagħmel iżjed minn dawn il-figolli sbieħ immens li ħloqt.