Illum 19 ta’ Marzu hija l-festa ta’ San Ġużepp, missier putattiv ta’ Ġesù. Hija festa devota u maħbuba bil-bosta. Fiċ-ċirkostanzi li qed ngħixu tal-pandemija, kull ċelebrazzjoni li mdorrijin is-soltu biha, ġiet ridotta u din hija diġà t-tieni sena minn meta qed jiġri hekk.
Fuq il-paġna tagħhom fuq facebook, l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina ħarġu l-programm ta’ kif illum ser jagħtu qima lill-padrun universali tal-Knisja.
Nieħdu l-okkażjoni nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd, lil dawk il-parroċċi ddedikati għal San Ġużepp u anke lil dawk li isimhom huwa relatat ma’ dan il-qaddis kbir.
Bilfors li anke f’festa bħal din tal-lum, wieħed jinnota r-rabtiet qawwija ġejjin minn żminijiet antiki, mar-reliġjon.
Ritratt: APhotography/ Adriana Attard