Bħal-lum Ħamis ix-Xirka u fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, spiss inxommu dik li tissejjaħ il-borma. Apparti fil-knejjes, issibha wkoll fil-wirjiet u saħansitra anke fid-djar fejn jgħixu d-dilettanti ta’ dawk li jħobbu dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Ġimgħa Mqaddsa.
Hija litteralment borma; suppost taċ-ċaqquf għalkemm saret issir anke f’borma veru tat-tisjir minħabba prattiċità. L-ingredjenti tagħha joħolqu riħa partikolari li jingħad li tixbaħ il-balzmu li kien jintuża fi żmien kristu; kollha bi prodotti naturali.
L-ingredjenti huma dawn:
-imsiemer tal-qronfol, larinġ, balzmu, essenza tal-fwieħa, tuffieħ, lumi, inbid qadim u ħwawar partikolari li hemm minnhom li jkunu wkoll aromatiċi. L-imsiemer tal-qronfol jitwaħħal mat-tuffieħ maqsum min-nofs.
Interessanti iżda, li l-ingredjenti jistgħu jvarjaw saħansitra minn raħal għall-ieħor u ssib nies li jgħidulek li għandhom riċetta tagħhom sigrieta.
Ritratt: Facebook/ Tal-Wegħdi/ Il-borma tal-Ġimgħa L-Kbira