Il-Funzjoni Tat-Tlieta Ta’ Wara Nofs Inhar F’Jum Il-Ġimgħa L-Kbira

X’inhu s-sinifikat? Mat-3 ta’ wara nofsinhar, Kristu lissen l-aħħar kelmiet u radd ruħu. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, fil-Birgu, għall-funzjoni ta’ filgħodu tal-adorazzjoni tas-salib, il-Kanonċi, b’rashom mgħottija bl-ermellina u bla żarbun kienu u għadhom jitilgħu jagħmlu l-paċi, billi jbusu l-kurċifiss waqt il-kant tar-responsorji bil-Latin. Wara nofsinhar, il-parroċċi Maltin u Għawdxin kienu jgħattu l-kwadri u l-kurċifissi kollha bi…