X’inhu s-sinifikat? Mat-3 ta’ wara nofsinhar, Kristu lissen l-aħħar kelmiet u radd ruħu.
Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, fil-Birgu, għall-funzjoni ta’ filgħodu tal-adorazzjoni tas-salib, il-Kanonċi, b’rashom mgħottija bl-ermellina u bla żarbun kienu u għadhom jitilgħu jagħmlu l-paċi, billi jbusu l-kurċifiss waqt il-kant tar-responsorji bil-Latin.
Wara nofsinhar, il-parroċċi Maltin u Għawdxin kienu jgħattu l-kwadri u l-kurċifissi kollha bi drapp vjola jew skur. Saħansitra, anke t-twieqi biex l-ebda raġġ ma jidħol u dan kien joħloq atmosfera ta’ swied il-qalb u agonija li tfakkarna fil-mewt ta’ Sidna Ġesù kristu.
Issir il-bewsa ta’ riġlejn il-Kurċifiss bħala turija ta’ rispett u din hija funzjoni li għadha popolari mmens f’pajjiżna.
Ġieli attendju għal din il-funzjoni?
Ritratt: Net News