Heritage Malta se tkun qed torganizza webinar fis-sensiela “Malta Oskura” dwar storja tat-tgħalliq bil-forka f’pajjiżna.
“Malta Oskura: Il-Forka”, ser jixxandar f’żewġ dati differenti: it-Tlieta 13 u l-Ħamis 15 t’April li ġej fit-8.30pm. Din se tkun esperjenza awdjoviżiva unika għall-parteċipanti.
Il-Vjaġġ virtwali fl-ewwel parti tal-webinar se jieħu lill-parteċipanti lura fiż-żmien sal-ewwel każijiet ta’ tgħalliq li huma magħrufa. L-esperjenza se tkun vjaġġ sal-aħħar darba li ntużat ilforka fl-1943, u se jkunu rrakontati l-istejjer makabri li seħħew f’postijiet pubbliċi u, anke fil-privatezza tal-ħabs ta’ Kordin.
Se jixxandru wkoll filmati rari tal-forka antika li għadek issib f’kamra li kienet inbniet apposta f’dan il-ħabs. Dawn ir-rakkonti se juru wkoll min kien tassew il-bojja nnifsu. Stejjer oħra ta’ qsim il-qalb jirrakontaw kif kien hemm min kien ukoll innoċenti.
B’kollox, il-vjaġġ virtwali se jieħu madwar nofs siegħa, u se jkun bil-Malti b’sottotitli bl-Ingliż. Wara jkun hemm ċans għall-mistoqsijiet.
Dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-webinar huma mitluba jirreġistraw minn qabel hawnhekk:
13 ta’ April – https://zoom.us/webinar/register/WN_m2MjmN1yRp2F3n8ptJgiIg
15 ta’ April – https://zoom.us/webinar/register/WN_38Ini79hQM2VjFpFUvjulw