Il-Birgu Jew Ir-Rabat Għawdex? Il-Kapitali Ewropea Tal-Kultura 2031…

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta rċeviet żewġ applikazzjonijiet bħala rispons għal sejħa għal Espressjonijiet ta’ Interess minn bliet u reġjuni f’Malta u Għawdex sabiex ikollhom it-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2031. L-Espressjoni ta’ Interess tnediet f’Novembru 2020 u għalqet fil-31 ta’ Marzu ta’ din is-sena. Sa din l-iskadenza daħlu żewġ sottomissjonijiet; waħda mill-Birgu għar-Reġjun tax-Xlokk u l-oħra…