Edward Azzopardi li huwa President tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar huwa magħruf għall-kapaċità li għandu b’idejh. Spiss itella’ ritratti ta’ kapolavuri li jagħmel fejn mhux l-ewwel darba li dan is-sit ma setax jevita mingħajr ma jitfa’ ħarstu fuqu.
Aħna nieħdu gost naraw it-talent u l-bravuri tan-nies u l-artisti lokali. Azzopardi jaħdem anke xogħol fuq il-ħġieġ fejn joħloq immaġini li naraw fil-festi iżda fuq skala iżgħar. Kollox bi preċiżjoni.
Illum tella’ biċċa xogħol oħra artistika; grada bizzilla ta’ Villa Bologna f’ Ħ’Attard. Din inħadmet fl-1923 minn Carmelo Calleja fuq disinn ta’ Vittorio Scerri.
Iż-żewġ persuni kienu min-Naxxar. Ma ninsewx li n-Naxxar huwa r-raħal tal-Ħaddieda. Prosit tassew Edward. Ammirevoli.
