Għaliex Kienet Iżżejnet Il-Kalkara Ħdax-il Sena Ilu?

Bħal-lum 11-il sena ilu, propju fit-18 t’April tal-2010, il-Kalkara libset libsa ta’ festa. Dan għaliex tat merħba sabiħa lill-Papa Benedittu XVI li kien żar pajjiżna. Dalgħodu ttellgħu ritratti sbieħ li juru l-Kalkara f’atmosfera festiva, fejn il-Kalkariżi kienu ħerqana biex jagħtu merħba lill-Papa fi triq Marina. Fl-istess post, hemm ukoll monument li jfakkar din il-mawra storika.…