Bħal-lum 11-il sena ilu, propju fit-18 t’April tal-2010, il-Kalkara libset libsa ta’ festa. Dan għaliex tat merħba sabiħa lill-Papa Benedittu XVI li kien żar pajjiżna.
Dalgħodu ttellgħu ritratti sbieħ li juru l-Kalkara f’atmosfera festiva, fejn il-Kalkariżi kienu ħerqana biex jagħtu merħba lill-Papa fi triq Marina.
Fl-istess post, hemm ukoll monument li jfakkar din il-mawra storika. Dawn huma mumenti sbieħ fil-kotba tal-istorja ta’ pajjiżna u juru wkoll ir-rispett kbir li l-poplu Malti kellu lejn il-Qdusija Tiegħu, il-knisja u dak kollu marbut mar-reliġjon Kattolika.