Tafu Fejn Hu Dan Il-Post?
Ritratt sabiħ mill-imgħoddi, ittella’ snin ilu fuq Bay Retro. U din inizjattiva ta’ min ifaħħarha minn Bay Retro; l-idea minnha nfisha hija tajba mmens. Kemm hu sabiħ naraw kif Malta nbidlet maż-żmien. Ikun hemm biss għafsa ta’ qalb meta post jkun twaqqa’, intradam qalb il-bini bl-addoċċ jew inkella tħalla mitluq għal rieħu bla ma apprezzajna…