Ritratt sabiħ mill-imgħoddi, ittella’ snin ilu fuq Bay Retro. U din inizjattiva ta’ min ifaħħarha minn Bay Retro; l-idea minnha nfisha hija tajba mmens.
Kemm hu sabiħ naraw kif Malta nbidlet maż-żmien. Ikun hemm biss għafsa ta’ qalb meta post jkun twaqqa’, intradam qalb il-bini bl-addoċċ jew inkella tħalla mitluq għal rieħu bla ma apprezzajna l-valur tiegħu.
Imma f’dan il-każ, tafu fejn hu dan il-post?
Innutaw il-vetturi, il-karozzini u anke karozzella speċjali, aktarx tal-mejtin.