Fl-Università ta’ Malta kienet saret gradwazzjoni mhux tas-soltu fis-26 t’April tal-1957. Dan hekk kif it-Taljana Angela Frischman minn Breschia, ingħatat il-lawrja ta’ tabib wara li studjat f’pajjiżna.
Interessanti l-fatt li din il-mara kienet waħda mill-partiġġjani li fl-1943 kienu jiffurmaw parti mill-Brigata Adige. Din il-brigata kienet iffurmat ruħha matul it-Tieni Gwerra Dinjija bħala reżistenza Taljana fuq bażi volontarja minn suldati irregolari. Kienu attivi bejn it-8 ta’ Settembru tal-1943 sal-aħħar tal-Gwerra; 6 ta’ Mejju tal-1945.
Frischman kienet iżżewġet lil Dr. Paul Frischman, ta’ oriġini Polakka meta kienu n-Niġerja.