Fit-2 ta’ Mejju 1885, fir-Rabat Għawdex twieled l-iskultur Wistin Camilleri li anke studja fl-Accademia San Luca ta’ Ruma. Hu twieled fil-mitħna ta’ Għajn Qatet.
Kien magħruf bħala statwarju u l-istatwi tiegħu ma jinstabux biss f’Malta u f’Għawdex iżda anke f’artijiet oħra. Fosthom, fl-Awstralja, l-Istati Uniti u Tuneż.
Għalkemm ħafna jaħsbu li Wistin kien ġej minn familja Għawdxija, dan mhux minnu. Missieru Ġużeppi u ommu katarin, xebba Bonnet kienu t-tnejn miż-Żejtun li telqu lejn Għawdex u bnew familja hemmhekk.
Baqa’ jaħdem anke sa meta kellu 90 sena. Camilleri miet fl-4 ta’ Lulju 1979.