Kellhom Jidħlu Fil-Belt Valletta Bil-Beritta Jew Bl-Elmu

Fl-4 ta’ mejju tal-1896, fid-Daily Malta Chronicle dehret aħbar li ftit ġranet qabel kienet ħarġet l-ordni li n-nies tas-Servizzi Ingliżi kellhom jidħlu l-Belt Valletta bil-beritta jew bl-elmu. Iżda inqalgħet diffikultà. Nies tas-Servizzi li kienu twal 1.8m kienu jaħbtu mat-tined tax-xemx li kellhom diversi ħwienet fi Triq il-Merkanti. Interessanti! Ritratt: Shutterstock