“L-INFIORATA fi Pjazza San Ġorġ, VALLETTA…kollox jibda minn hawnhekk!” kien kliem il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cultural Agency Jason Micallef fuq il-midja soċjali tiegħu, fejn qed jidher sew li hawn stennija kbira għall-akbar infjorata li qatt saret f’pajjiżna.
Għalkemm m’ilix issir ħafna snin, din it-tradizzjoni qabdet sew u niżlet tajjeb mal-poplu Malti kollu li ta’ kull sena, jidħol apposta bi ħġaru lejn Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta ħalli jitpaxxa bl-ispettaklu tal-fjuri mpoġġija f’disinni li jimmeraviljaw lil kulħadd.
Il-Valletta Green Festival ser jiftaħ għada sa nhar it-Tlieta li ġej 11 ta’ Mejju fejn l-infjorata ta’ din is-sena se tkun magħmulha minn 90,000 xitla tal-fjuri.
Eżatt mal-festa ta’ Jum l-Omm – gawdu dan il-mument. Żgur li huwa nifs sabiħ u ambjenatli li lkoll nammiraw.
Nota: ir-ritratt prinċipali juri sensiliet mill-passat. Nistennew bil-ħerqa li naraw ir-riżultat għal din is-sena.