Bħal-lum, 20 ta’ Mejju tal-1925, l-ewwel Prim Ministru ta’ Malta Joseph Howard kien miet fl-età ta’ 63 sena.
Huwa kien industrijalist membru tal-Unione Politica Maltese. Howard kien imwieled fil-Belt Valletta u mar Franza fejn kiseb l-edukazzjoni tiegħu bħala Uffiċjal fl-Akkademja Militari.
Imbagħad, ingħaqad mas-settur kummerċjali. Fl-1912, kien elett bħala membru tal-Kunsill tal-Gvern u fl-1921, elett fl-ewwel Parlament Malti.
Meta l-Kap tal-Unione Politica Maltese, Monsinjur Ignazio Panzavecchia ma aċċettax li jkun Prim Ministru, peress li kien saċerdot, il-Gvernatur Lord Plumer offra l-kariga lil Howard li dam tliet snin fil-kariga.
Ritratt: Gov.mt