Fil-21 ta’ Mejju tal-1932, l-Isqfijiet ta’ Malta f’ċirkulari kienu kkonfermaw li kien dnub li wieħed jivvota għall-Partit Kostituzzjonali u għall-Malta Labour Party matul l-elezzjoni li kienet se ssir.
Il-Gvernatur kien bagħat għal Lord Strickland u għal Pawlu Boffa fejn staqsiehom jekk kinux iħossu li kellha tkun sospiża l-elezzjoni minħabba d-dnub il-mejjet.
Huma wieġbu li aħjar le u li l-elezzjoni ma kellhiex tkun sospiża għax inkella kienet tintilef il-kostituzzjoni.