Ilum Malta laħqet l-immunità tal-massa, li hija magħrufa aktar bħala ‘herd immunity’. Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Intqal li sal-lejla se jkunu tlaqqmu 70% tal-adulti, b’minn tal-anqas doża waħda, filwaqt li 42% huma mlaqqma kompletament.
B’kollox ingħataw 475,000 doża tal-vaċċin.