Waqt l-aħħar provi tat-tielet att tal-opra La Vergine del Castello fit-Teatru Rjal fil-Belt Valletta, kien intlemaħ xi nar bejn il-kwinti. Dan ġara fl-1873.
Wara ftit ħin, in-nar ħakem it-Teatru u qerdu għal kollox. Minħabba li fis-Sur ta’ San Ġakbu kien hemm il-ħażna tal-porvli tas-Servizzi Ingliżi, in-nies beżgħu li seta’ jisplodi.
Minħabba f’hekk, ammont kbir ta’ nies ħarġu mill-Belt Valletta.
Intant, fil-Kunsill tal-gvern kien qam dibattitu dwar ir-restawr tat-Teatru. Fl-1875, il-Kunsill kien qabel li jirrestawrah għal 12,000 Sterlina.
It-Teatru Rjal kien reġa’ fetaħ fil-11 ta’ Ottubru tal-1877 bl-Opra Aida.