Il-Knisja F’Malta Tippublika Direttivi Dwar Il-Festi

Fi stqarrija mill-Kurja, intqal li l-Knisja f’Malta qed tippublika direttivi rigward iċ-ċelebrazzjoni tal-festi għal din is-sena fejn intqal li l-festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l-bini tal-Knisja jsiru fil-ġranet li soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il-miżuri għall-ħarsien tas-saħħa indikati mill-awtoritajiet tas-saħħa. Dawn id-direttivi jistipulaw li l-quddies u ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra relatati…

Ktieb Fl-Okkażjoni Taċ-Ċentinarju Mill-Inkurunazzjoni Tal-Bambina Fl-Isla

Din is-sena, 2021, għall-Belt Senglea hija sena speċjali għaliex timmarka l-ewwel ċentinarju mill-inkurunazzjoni solenni tal-istatwa ta’ Marija Bambina. Ix-xbieha ta’ Marija Bambina ilha fil-parroċċa tal-Isla sa mis-sena 1618, u dejjem kienet sors ta’ devozzjoni. Fl-ewwel snin tas-seklu tmintax, is-Sengleani qiegħdu kuruna tal-fidda fuq ir-ras grazzjuża ta’ Marija Bambina. Dan l-għelm ta’ mħabba u devozzjoni nibbet…