Propju fit-28 ta’ Mejju tal-1937, il-Kappillan tal-Imġarr Dun Edgar Salomone kien ħabbar fil-ġurnali lokali li fl-1936, kienu nġabru 90 lira sterlina mill-bejgħ tal-bajd li l-Parruċċani kienu jagħtu biex jinbiegħu u mill-flus tagħhom, jinġabru l-flus għall-bini tal-Knisja.
Kien għalhekk, li l-Knisja tal-Imġarr tawha l-forma ta’ bajda fl-arkitettura tagħha. Interessanti hux?!
Ritratt: Azamara.com