Proġett interessanti huwa dak li qed isir fil-Mitħna tal-Għaqba fin-Naxxar fejn wara li ġiet irrestawrata b’fondi Ewropej, issa jmiss li jsir ix-xogħol fuq il-mekkaniżmu tal-mitħna sabiex bil-mod il-mod, din terġa’ tingħata l-glorja tagħha u anke terġa’ tibda tinfunzjona kompletament.
Dan il-proġett huwa amministrat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar li ħadem bis-sħiħ favur il-preservazzjoni ta’ waħda mill-isbaħ imtieħen li nsibu f’pajjiżna. Hija mistenni tinbidel f’ċentru kulturali.
Tajjeb li jingħad, li ngħatat attenzjoni kbira biex il-karattertistiċi tal-mitħna, ġew ippreservati kompletament u xejn ma tħallha jkun mittiefes.
Prosit lill-Kunsill Naxxari.