Kien it-2 ta’ Ġunju tal-1961, meta Malta kellha l-ewwel karta ta’ 5 Sterlina Ngliża. Dawn kienu stampati minn Bradbury, Wilkonson and Co. tar-Renju Unit.
Il-kulur tagħhom kien blu li jganġi f’kuluri oħra bir-ritratt tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni li kien sar minn Annigoni.
Fuq wara tan-nota, kien hemm xena tal-Port il-Kbir tal-Belt Valletta.