Filmat li ttella’ minn Malta Audio Visual Memories bi kwalità tajba mmens, juri intervista ma’ diversi żgħażagħ Maltin minn preżentatur tal-istazzjon Malta, dak iż-żmien MTV dwar il-futur li dawn għażlu.
Fil-fatt, juri perjodu meta f’pajjiżna x-xogħol kien naqas sew u ħafna kienu dawk li bdew jemigraw lejn xtut barranin, fosthom l-aktar popolari kienet l-Awstralja, biex isibu futur aħjar.
Isimgħuh u araw tgħarfux lil xi ħadd minnhom.
Nikkumplimentaw tassew lil Malta Audio Visual Memories ta’ din l-inizjattiva li jsalvaw filmati antiki u anke jippubblikawhom għat-tgawdija tal-pubbliku.