Attivitajiet organizzati mill-Parlament ta’ Malta u mill-Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta biex ifakkru l-ġrajjiet tas-Sette Giugno 1919 għal din is-sena:
Il-Ġimgħa, 4 ta’ Ġunju 2021
Ċerimonja ta’ tifkira ħdejn il-Monument tas-Sette Giugno 1919 fis-6.30 ta’ filgħaxija f’Misraħ San Ġorġ, il-Belt Valletta. L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Parlament ta’ Malta, jagħmel diskors tal-okkażjoni. Fi tmiem id-diskors, l-Ispeaker, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u s-Sindku tal-Belt Valletta jqiegħdu kuruni f’riġlejn il-Monument tas-Sette Giugno 1919.
It-Tnejn, 7 ta’ Ġunju 2021
Tislima lill-vittmi tas-Sette Giugno 1919 fiċ-Ċimiterju ta’ Sidtna Marija Addolorata, Raħal Ġdid, fl-10.00 ta’ filgħodu. Matul din iċ-ċerimonja, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, il-president tal-Kumitat Festi Nazzjonali u l-qraba tal-vittmi jqiegħdu kuruni ta’ fjuri fuq il-qabar tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919, Carmelo Abela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer.
Tislima lill-vittmi li mietu għal pajjiżna.
Ritratt: Il-Monument/Qabar tal-vittmi fiċ-ċimiterju tal-Addolorata.