Il-Jum Dinji Tal-Ambjent – Bosta Jitkellmu Favur Imma Għad Hawn Ħafna Donnhom Ma Jaħmluħx
F’jum iddedikat lil xi okkażjoni, avveniment, faxx mis-soċjetà u ċelebrazzjonijiet oħra jġibu magħhom xita ta’ kitbiet fuq il-midja soċjali u messaġġi li forsi għal min ikun irrabjat, jarahom fierħa. Għaliex qed ngħidu hekk? ir-risposta hija mistoqsija: Għaliex għadek tara min iħammeġ, ikisser, jivvandalizza, jeqred u jarmi bl-addoċċ? Ejjew niċċelebraw dan il-jum b’azzjoni minna nfusna, billi…