Għada t-Tnejn 7 ta’ Ġunju, il-pubbliku għandu l-opportunità li jara l-koppla mill-qrib hekk kif tlesta x-xogħol ta’ konservazzjoni u restawr fuqha.
Il-ħinijiet se jkunu bejn id-9.00 u 12.00 u bejn it-15.00 u s-18.00.
Din hija opportunità unika hekk kif tistgħu taraw il-makkinarju tal-arloġġ ukoll. Il-pubbliku huwa mfakkar biex jilbes żarbun adattat kif ukoll biex ikun ġeneruż u jagħmel donazzjoni b’risq is-siġġijiet tal-Bażilika.
Il-pubbliku qed ukoll ikun imfakkar li hemm mal-110 tarġa sabiex jasal fuq il-bejt.
Ritratt: Ħbieb tat-Tempju Elenjan – Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena, Birkirkara