Il-kappella ta’ kristu Salvatur tad-Dinja fiż-Żejtun għadha kif ingħatat lura nifs ġdid hekk kif tlesta x-xogħol ta’ restawr fuqha. ix-xogħol saw mid-Direttorat tar-Restawr.
Din il-kappella nbniet għall-habta tas-sena 1500, meta f’ Bisqallin ma kinux joqogħdu iktar minn 400 ruħ. Għall-ħabta ta’ nofs is-seklu 18, il-knisja tas-Salvatur kienet bdiet tiġġarraf u għalhekk inbniet mill-ġdid bi flus il-benefatturi.
Teknikament, dawk li f’pajjiżna nsejħulhom kappelli, xorta waħda għandhom jissejjħu knejjes għaliex skont l-sitoriku Pawlu Catania, kappella ssibha jew fid-djar privati jew hija referenza għall-altari sekondarji fil-Knejjes Maġġuri.
Il-Ministru Owen Bonnici fuq il-midja soċjali tiegħu qali li dan kien proġett li mexxa meta kien iservi bħala Ministru tal-kultura flimkien mal-kunsill lokali taż-Żejtun.
J’Alla r-restawr f’pajjiżna jibqa’ jingħata prijorità għaliex il-wirt huwa t-teżor li jifforma parti kbira mill-idendiità ta’ Malta tagħna.








