Kien propju bħal-lum 9 ta’ Ġunju tal-1997, meta ajruplan Boeing tal-linja Air Malta nħataf minn żewġ pirati tal-ajru ftit biss wara li telaq minn Ħal Luqa.
it-tijira kienet lejn Istanbul fit-Turkija bil-kodiċi KM 830. Il-pirati Ismail Beyazpin ta’ 25 sena u Nosret Almercan ta’ 24 sena; it-tnejn li huma Torok kienu qed jitolbu li jinħeles Ali Acga; ir-raġel li kien spara fuq il-Papa Ġwann Pawlu t-Tieni.
L-Ajurplan kien sfurzat idawwar ir-rotta tiegħu lejn Cologne fil-Ġermanja fejn il-pirati ċedew wara 6 sigħat.
Kienu heddew li hemm splussivi fuq l-ajruplan, liema theddida rriżultat li kienet falza.