Bħal-lum 17 ta’ Ġunju tal-1798, il-Gran Mastru Ferdinand Hompesch telaq minn Malta. B’hekk, intemmet il-ħakma tal-Ordni ta’ San Ġwann minn Malta.
Hompesch kien salpa lejn Trieste u tħalla jieħu miegħu x-xbieha Mirakoluża tal-Madonna ta’ Filermu, biċċa mis-Salib ta’ Kristu u l-id il-leminija ta’ San Ġwann.
Hompesch anqas kien ilu sena Gran Mastru f’pajjiżna.
Kien hemm għidut popolari, forsi anke superstizzjoni, li malli l-Ordni jkollha Gran Mastru Ġermaniż, l-Ordni tfalli. Fil-fatt hekk ġara. Kumbinazzjoni jew le, dan huwa fatt li seħħ.