“Wieħed mill-iktar proġetti sbieħ li mexxejt ‘il quddiem meta kont Ministru responsabbli mill-Kultura kien ir-restawr tat-tliet faccati prinċipali tal-Kattidral tal-Lvant fiż-Żejtun”, hekk stqarr il-Ministru Owen Bonnici fir-rigward tar-restawr estensiv li għaddej fuq il-faċċata fina u mill-isbaħ tal-Knisja taż-Żejtun.
Dan il-proġett qed joqrob lejn it-tmiem tiegħu wara li nqasam f’fażijiet minħabba l-kobor tiegħu. Issa jidher li x-xogħol miexi ġmielu fuq il-parti prinċipali tal-faċċata.
Din il-knisja hija mlaqqma bħala l-Katidral tal-Lvant anke minħabba s-simetrija perfetta li fiha.
Iż-Żwieten huma ferm kburin biha. Kliem ta’ tifħir imur ukoll għall-ħaddiema tad-Direttirat tar-Restawr u anke l-periti li ħadmu u qed jaħdmu fuqha.
Spiss naraw xogħol mill-aqwa li qed isir minn dan id-direttorat u li aħna nieħdu gost bih u napprezzawh għaliex huwa wirt tagħna lkoll.