Bħal-Lum 116-il Sena Ilu Malti Skopra L-Oriġini Ta’ Mikrobu Partikolari

Fil-25 ta’ Ġunju tal-1905, il-Professur Sir Temistokle Zammit sab li l-mikrobu tad-deni rqiq, il-micrococcus melitensis, kien jinsab fil-ħalib tal-mogħża. L-esperimenti u t-tiftix tiegħu saru f’laboratorju fil-bini magħruf bħala Castellania fil-Belt Valletta li dejjem intuża bħala Ministeru u bħala Dipartiment tas-Saħħa. Dak iż-żmien, il-ħalib kien jinbiegħ lill-pubbliku billi r-ragħajja kienu jieħdu l-merħliet tal-mogħoż tagħhom fl-ibliet u…