L-artist ċelebri tarxiniż renzo Gauci, ingħata Ġieħ Ħal Tarxien ilbieraħ 27 ta’ Ġunju 2021 mill-Kunsill Lokali Ħal Tarxien.
Dan hekk kif ilbieraħ ġie mfakkar Jum Ħal Tarxien li din is-sena kien iddedikat lill-Għaqdiet tar-raħal.
Renzo Gauci kien artist kapaċi u magħruf għall-ħiliet kbar li kellu f’idejh. Ix-xogħlijiet tiegħu jvarjaw minn disinni, skultura fl-injam, restawr u opri oħra marbuta mal-aspett kulturali reliġjuż, kemm fil-Knejjes kif ukoll fl-armar ta’ barra.
Wirtmalta.mt issellem il-memorja tiegħu.