Innutajna ‘post’ fuq facebook minn Alan Cini li huwa restawratur fejn spjega li qed inaddaf u jirrestawra dak li nsejħulu ‘Il-Monument’ fil-purċissjoni tal-Ġimgħa L-Kbira.
Din il-biċċa artistrija hija tal-injam u saret minn Vincenzo Cardona u ndurata bid-deheb minn Salvo Brincat fl-1915.
Prosit Alan u l-Arċipriet Fr Carmelo Refalo flimkien mal-Kapitlu, li jemmnu li dan ix-xogħol għandu jkun ippriservat għall-ġenerazzjonijiet futuri.
(Kjarifika: Dan kien irrestawrat propju sena ilu, u ttella’ l-post issa. Ikkonfermalna dan, Alan Cini)




