Illejla logħba importanti għal-futbol internazzjonali tista’ tgħid, għaliex għalkemm din hija l-Euro Cup, meta jialgħbu l-Ingliżi u t-Taljani tinħoloq stennija kbira, mhux inqas f’Malta.
Spiss nisimgħu kummenti li ‘aħna lagħqin tal-barranin’ mentri mhux il-fatt. Huwa veru li spiss infaħħru l-barranin, sew jekk ħaġa jew oħra, imma dan mhux b’disprezz lejn dak li hu Malti. Hemm storja twila ta’ sekli ta’ kolonjalizzazzjoni minn bosta ħakkiema barranin li l-effetti għadhom u jibqgħu jinħassu. Ħarsu biss lejn il-lingwa li nużaw illum; il-lingwa Maltija hija msawwra minn taħlita ta’ kliem li ssib f’lingwi oħra. Inħobbu nsemmu l-Latin, is-Semitiku u l-Ingliż, iżda mhux biss. Kliem li ġej minn kull ġens kif wara kollox, kull lingwa tittieħed minn oħra. Dan juri wkoll il-kobor tal-ħolqien tal-ilsna differenti li trid tinżagħlhom il-kappell u tistqarr kemm huma ġmiel minnhom nfushom.
Iżda lura fuq dik il-logħba tal-lejla, bejn l-Ingliżi u t-Taljani; tifred poplu f’termini ta’ sapport. Min iħobb lit-Taljani u min jissimpatizza iżjed mal-ingliżi.
Din ġejja minn meta f’Malta kien hawn dik li hija magħruf bħala l-Kwistjoni tal-lingwa li ħolqot tensjoni f’pajjiżna bejn l-1878 u l-1940 fejn iċ-ċentru tal-argument kien dwar liema lingwa kien jaqbel lill-Maltin. Ir-Riformisti mmexxija minn Siġismondo Savona ippriedka favur l-Ingliż u Fortunato Mizzi, favur it-Taljan u b’hekk kienu jissejħu Anti Riformisti.
Dawn wasslu għall-bidu tat-twaqqif tal-ewwel partit f’Malta. Il-Partito Anti Riformista biddel ismu fl-1884 ghall-Partito Nazionale, illum Partit Nazzjonalista. Il-Partit Riformista sar il-Malta Labour Party. L-istorja hija twila, interessanti u importanti għat-tiswir fl-istorja ta’ pajjiżna.
L-Eks Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat spjega tajjeb xi jfisser, dan l-entużjażmu u l-ewforija li hawn tinħass f’pajjiżna llum. Aqrawha hawnhekk.
Bħal dejjem, finalment dejjem ngħidu Viva Malta. (fino alla fine, at the end of the day)