Pittura Mill-Artist George James Cutajar Zahra Fi Knisja Fl-Italja

Pittura ġdida xogħol l-artist George James Cutajar Zahra, issa qed titgawda fi knisja fl-Italja. Din il-pittura tinsab fis-Santwarju ta’ Dipodi f’ Kalabrija. Il-pittura giet ikkumissjonata b’ tifkira tad-dedika ta’ din is-sena lil San Ġużepp mill-Papa Frangisku. Il-pittura hija kompożizzjoni oriġinali u mpittra biż-żebgħa taż-żejt fuq it-tila. iL-kompozizijoni hija iddominata mill-figura sħiħa, wieqfa u ċentrali ta’…

Inawgurat Ir-Restawr Tal-Koppla Tal-Bażilika Ta’ Sant’Elena

Tlesta l-proġett ta’ konservazzjoni u restawr tat-tmien pitturi fuq il-ġebla tal-koppla tal-Bażilika Minuri ta’ Sant’Elena f’Birkirkara. Dan il-proġett sar b’investiment ta’ €162,000, li 80% minnhom kienu kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett ġie inawgurat ilbieraħ mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Michael…