Pittura ġdida xogħol l-artist George James Cutajar Zahra, issa qed titgawda fi knisja fl-Italja. Din il-pittura tinsab fis-Santwarju ta’ Dipodi f’ Kalabrija.
Il-pittura giet ikkumissjonata b’ tifkira tad-dedika ta’ din is-sena lil San Ġużepp mill-Papa Frangisku. Il-pittura hija kompożizzjoni oriġinali u mpittra biż-żebgħa taż-żejt fuq it-tila.
iL-kompozizijoni hija iddominata mill-figura sħiħa, wieqfa u ċentrali ta’ San Ġużepp, iqiegħed idejh fuq il-knisja. Fuq naħa naraw lill- Madonna b’ binha Ġesù jbierek il-ħidma tal-knisja filwaqt li fuq in-naħa l-oħra naraw figura li tippersonifika l-knisja universali.
Din il-figura hija mlibbsa bil-velu ta’ għarusa għax hija l-għarusa ta’ Kristu filwaqt li l-libsa debijha tirrafigura x-xogħol tad-‘deheb’ li tagħmel l-knisja madwar id-dinja kollha.
