Il-Ħaddieda Qed Jispiċċaw? Qatt Smajtu Bl-Ispanjuletti?

In-Naxxar huwa magħruf bħala r-raħal tal-ħaddieda. Dari kien hemm bosta minnhom u waqt li tterraq fit-toroq Naxxarin, kont spiss tisma’ d-daqqa fuq l-inkwina waqt li l-ħaddied jgħawweġ u jifforma f’disinni, l-ħadid. Fi Triq Żenqa, sal-lum għadek issib lil Ninu Galea magħruf bħala tad-Dexxin li għadu jaħdem bil-mod tradizzjonali fil-forġa tiegħu. Huwa tgħallem din is-sengħa minn…