Terġa’ Tingħata L-Ħajja Pittura Tas-Seklu 17 Fil-Knisja Parrokkjali Tal-Gudja

Fi proġett mill-Fondazzjoni GAL Xlokk u Grupp Żgħażagħ Gudja, x-xena ta’ agunija ta’ Kristu Msallab jieħu l-aħħar nifsijiet tiegħu fuq is-salib u li tmur lura għas-seklu sbatax ġiet restawrata għall-istat oriġinali tagħha. Din tinsab fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja ddedikata lit-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija. Ir-Restawratriċi Amy Sciberras irrealizzat li din il-pittura sofriet diversi inċidenti matul iż-żminijiet, fosthom waqt il-gwerra.…

Irrestawrat Ix-Xatt Tal-Esplora Fil-Kalkara – Dan Huwa L-Ġmiel Ta’ Pajjiżna

Ilbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Robert Abela inawgura servizz ġdid ta’ trasport bil-baħar mill-Port il-Kbir għall-Esplora bħala parti minn proġett sħiħ ta’ restawr tax-xatt fil-Kalkara qrib iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenzi, li sar b’investiment ta’ €2.5 miljun minn fondi nazzjonali. Waqt l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela fisser dan il-proġett bħala wieħed li jinseġ flimkien l-innovazzjoni, l-infrastruttura u l-ambjent.…