Daniel Formosa ta’ 21 sena huwa artist minn Sannat f’Għawdex. Tgħoġbu l-arti relatata mal-kultura Maltija u jħobb jaħdem ix-xogħol hu stess b’idejh.
Spiss jesperimenta b’materjali differenti bħal pafal, pitturi u metodi u materjali oħra.
Bħalissa donnu hawn moda ta’ qsari mpittrin biż-żebgħa. Għalhekk, Daniel iddeċieda li minflok qsari-pupi (kif ġieli naraw), jagħmel xi ħaġa relatata mal-Maltin.
Ħareġ bl-idea ta’ ħafna disinni li għandhom x’jaqsmu mal-kultura tagħhna biex hekk nagħtu stima lil dak li hu relatat magħna bħala poplu.
Prosit u awguri Daniel.


