Agħti Widen – Preżentazzjoni Li Tiċċelebra L-Identità U L-Kultura Maltija

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tippreżenta “Agħti Widen”, spettaklu li jgħaqqad il-mużika sinfonika mal-vidjografija b’temi ta’ ritwali, l-ambjent naturali, is-snajja u l-festi Maltin. “Agħti Widen” se jittella’ ġewwa Pjazza Teatru Rjal nhar l-10 u l-11 ta’ Settembru fit-8pm. Dan il-proġett se jieħu l-udjenza fuq vjaġġ mill-isbaħ ta’ mużika u xenografija, kif ukoll ħsejjes awtentiċi Maltin…