Bħal-lum 23 t’Awwissu tal-1810, kien wasal Malta Lucien Bonaparte, ħu Napuljun Bonaparte. Huwa ġie fuq frejgata Ingliża minn Ruma.
Kien mar hemmhekk wara li ħarab u fejn kien milqugħ mill-Papa Piju VII. Iżda minħabba l-ispjuni ta’ ħuħ, huwa ma setax jgħix u ħarab lejn l-Istait Uniti.
Lucien Bonaparte nqabad minn żewġ frejgati Ingliżi u nġab lejn Malta. Huwa kien irrabja ħafna meta l-Kummissarju Ċivili Ingliż f’Malta, il-Ġeneral Hilderbrand Oakes, kien tefgħu fil-Forti Rikażli.
Wara, trasferieh lejn il-Palazz ta’ Sant’ Anton.
Ritratt: Brittanica