Maltempata Qawwija Lura Fl-1555…
Fit-23 ta’ Settembru tal-1555, il-gżejjer Maltin kienu ntlaqtu minn maltempata qawwija ħafna. Il-Gran Mastru Jean Parisot de Vallette ordna li x-xwieni tal-Ordni jinħarġu barra l-port sabiex ma jitfarrkux. Hekk kif ħarġu, tromba tal-baħar għaddiet mill-inħawi u għamlet ħsara kbira. Intilfu numru ta’ brigantini u bastimenti oħra.