Meta Ttella’ S-Salib Laferla…
Fis-27 ta’ Settembru tal-1903 fuq għolja qrib is-Siġġiewi kien ittella’ s-Salib Laferla, magħruf aħjar bħala s-Salib tal-Għolja. Dan is-Salib oriġinarjament kien jagħmel parti mill-Via Crucis iżda mbagħad ittella’ biex ifakkar il-Konsagrazzjoni tas-seklu l-ġdid lir-Redentur. Il-proġett kien idea ta’ Dun Pawl Laferla mis-Siġġiewi. Il-pedestal tas-Salib huwa kappella u hemm erba’ lapidi li jfakkru l-okkażjoni. Fl-1937 il-maltemp…