Fis-27 ta’ Settembru tal-1903 fuq għolja qrib is-Siġġiewi kien ittella’ s-Salib Laferla, magħruf aħjar bħala s-Salib tal-Għolja.
Dan is-Salib oriġinarjament kien jagħmel parti mill-Via Crucis iżda mbagħad ittella’ biex ifakkar il-Konsagrazzjoni tas-seklu l-ġdid lir-Redentur.
Il-proġett kien idea ta’ Dun Pawl Laferla mis-Siġġiewi. Il-pedestal tas-Salib huwa kappella u hemm erba’ lapidi li jfakkru l-okkażjoni.
Fl-1937 il-maltemp kien qaċċat dan is-Salib, iżda reġa’ nħadem mill-ġdid u ttella’ nhar il-Ħadd 25 t’Awwissu tal-1963. Il-ħadied oriġinali tal-ewwel salib kien sar minn ħaddied Naxxari; Ġanni Mercieca.
Ritratt: Mapio.net