Fit-30 ta’ Settembru tal-1854, Francesco Crispi, wieħed mill-personalitajiet ewlenin fil-ġlieda għall-Unifikazzjoni tal-Italja li kienu ġew joqogħdu Malta, telaq lura lejn l-Italja.
Huwa kellu l-kariga ta’ Segretarju tal-Gwerra fil-Gvern iffurmat f’Palermo fl-1848 u wara, sar Prim Ministru tal-Italja magħquda.
Kemm dam Malta, huwa kien jgħix f’dar fi Triq il-Kbira f’Ħal Tarxien u kien iżżewweġ fil-Knisja tal-Floriana.
Crispi kien għex ta’ fqir tant li l-Gvern Ingliż kellu jagħtih 5 liri Sterlini biex seta’ jsiefer.