Il-Valletta Cultural Agency qed tħabbar avveniment ieħor: Bil-Malti Pur; serata ta’ satira bil-Malti flimkien ma’ Ċikku l-Poplu.
Din se ssir forma ta’ lejla mużiko-letterarja.
Intqal li din id-darba, mad-diski oriġinali ser ikun offrut b’mod esklussiv għall-pubbliku siltiet letterarji mill-Arkivju Sigriet Nazzjonali, fosthom l-ittri ta’ Pjali Paxa lis-Sultan Sulejman waqt l-Assedju l-Kbir, u l-ittri ta’ San Pawl lill-Maltin.
Flimkien ma’ diversi mistednin, inħeġġukom tqattgħu serata fejn kollox u kulħadd jispiċċa fil-mira tal-kanzunetti u kitbiet satiriċi mill-pinna ta’ Alex Vella Gregory. Politika, ambjent, kultura, soċjetà…ħadd ma jeħlisha ħafif.
Din is-serata hi maħsuba għal udjenza adulta (16+).
Biljetti minn https://www.showshappening.com/Valletta-Cultural-Agency/BilMaltiPur
Titilfuhiex … Nhar is-6 u s-7 ta’ Novembru fir-Royal British Legion fil-Belt Valletta.








